Fl-aħħar 24 siegħa tliet anzjani oħra tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. Dawn huma tlett irġiel ta' 60, 64 u 89 sena.
Dan ifisser li b'kollox 509 persuna sfaw vittma tal-Covid-19 f'Malta.
Ħdejn l-aħħar jiem, il-każi l-ġodda reġgħu żdiedu xi ftit biex fl-aħħar 24 siegħa nstabu 379 każ ġdid. Madanakollu, hekk kif ġara fl-aħħar jiem, fiequ aktar pazjenti milli nstabu każi ġodda.
Fil-fatt, 704 persuna ġew ikkonfermati mfejqa.
Fl-aħħar 24 siegħa, niżlu għal 107-il pazjenti f'Mater Dei iżda dawk rikoverati fl-ITU baqgħu disgħa. Dan minn 9,181 każi attivi.
310,012 persuna issa ħadu l-booster tal-vaċċin, biex hekk 1,175,136 doża ġiet amministrata