Malta u r-Renju Unit jaqblu li jirrikonoxxu l-liċenzji tas-sewqan ta' xulxin

B'dan il-ftehim, m'hemmx bżonn li d-detentur ta' liċenzja tas-sewqan maħruġa minn kwalunkwe pajjiż japplika u joqgħod għal test prattiku

Malta u l-Gvern tar-Renju Unit iffirmaw Memorandum ta' Ftehim li jippermetti  l-iskambju tal-liċenzji tas-sewqan bejn iż-żewġ pajjiżi.

Ħabbret dan Transport Malta li spjegat kif dan il-Memorandum jinkludi wkoll it-territorji tal-Bailiwick ta’ Guernsey, il-Bailiwick ta’ Jersey u l-Isle of Man.

B'dan il-ftehim, m'hemmx bżonn li d-detentur ta' liċenzja tas-sewqan maħruġa minn kwalunkwe pajjiż japplika u joqgħod għal test prattiku.

Il-kategoriji kollha li huma preżenti u validi fuq il-liċenzja tas-sewqan oriġinali jkunu inklużi fuq il-kontroparti skambjata. 

Dan il-ftehim jidħol fis-seħħ b’mod immedjat u se jibqa’ fis-seħħ sat-28 ta’ Frar 2022.

More in Politika