It-tilqim qed jaħdem! Malta tiġri 'l quddiem bil-booster u bl-inqas pazjenti bil-Covid-19 fl-isptar

Sal-bieraħ, 278,153 persuna kienu ħadu l-booster tal-vaċċin

It-tilqim, b'mod partikolari bid-doża addizzjonali qed jaħdem u qed iħalli r-riżultati. Vera li fl-aħħar ġimgħat esperjenzajna mewġa qawwija ta' każi ġodda, imma bis-saħħa tat-tilqim, is-sitwazzjoni f'Mater Dei baqgħet waħda stabbli.

Hekk kif aktar minn 50% tal-popolazzjoni issa hija mlaqqma wkoll bil-booster, Malta għandha l-ogħla rata ta' tilqim b'din id-doża addizjonali.

Skont statistika ppubblikata minn Our World Data, wara Malta hemm l-Irlanda, l-Awstrija u l-Italja iżda dawn, ħdejn pajjiżna, xorta waħda għadhom lura.

Apparti minn hekk, skont l-istess statistika, Malta għandha l-inqas rata ta' pazjenti pożittivi għall-Covid-19 li qed ikollhom bżonn li jingħataw il-kura fl-isptarijiet. 

Sal-bieraħ, 278,153 persuna kienu ħadu l-booster tal-vaċċin.

Minkejja li Malta għandha 14,053 każ attiv ta' Covid-19, 131 pazjent biss jinsabu f'Mater Dei u seba' persuni biss għandhom bżonn kura intensiva.

Ta' min isemmi li skont dak li qalet is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, uħud minn dawk rikoverati f'Mater Dei, irriżultaw pożittivi wara li daħlu l-isptar għal interventi mediċi jew inkella biex jingħataw kura għal kundizzjonijiet oħra.

Aqra wkoll:

More in Politika