Jiżdiedu l-każi attivi; 95 każi ġodda ta' Covid-19 iżda jfiequ 47

Fl-Isptar Mater Dei bħalissa hemm 12-il persuna, b'persuna waħda minnhom tinsab fl-ITU. 

Mill-Arkivji
Mill-Arkivji

Fl-aħħar 24 siegħa in-numru ta' każi ġodda ta' Covid-19 kienu ta' 95 każ ġdid, filwaqt li fiequ 47 oħrajn biex Malta issa għandha 1,051 każi attivi. 

Intant fl-Isptar bħalissa hemm 12-il persuna, b'persuna waħda minnhom tinsab fl-ITU. 

Komplew jingħataw ukoll il-Booster Dozes, b'110,676 doża jingħataw fl-aħħar 24 siegħa. B'hekk s'issa ingħataw b'kollox 945,882 doża.

More in Politika