Iktar kmieni illum, il-Prim Ministru Robert Abela, ħabbar il-ftuħ tal-ewwel impjant carbon neutral f'Malta. Dan l-investiment se jkun qiegħed iseħħ mill-kumpanja internazzjonali Seifert Systems u se jkun qed jiswa madwar €7.5 miljun.
Tajjeb infakkru li lura fil-baġit tal-2019, il-Gvern ħabbar li l-pajjiż għandu l-għan li jiddekarbonizza sal-2050 b'konofrmi mad-direttivi tal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru qal li dan l-investiment huwa parti minn wegħda tal-Baġit għall-2022 għall-Malta aktar sostenibbli u ta' aktar suċċess.
Dan l-impjant se jkun qiegħed ukoll joħloq impjieg ġdid fosthom karrieri ġodda fis-settur tal-klima u anke l-ekonomija.