Jiżdiedu l-persuni fl-ITU bil-Covid-19; Il-każi attivi jibqgħu stabbli

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 17-il każ ġdid filwaqt li fiequ 14-il persuna

Erba' persuni morda bil-Covid-19 jinsabu rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei, hekk kif reġgħu żdiedu bi ftit il-pazjenti f'Mater Dei.

Fil-fatt, minn total ta' 265 persuna li huma pożittivi għall-Covid-19, 17 jinsabu rikoverati f'Mater Dei.

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 17-il każ ġdid filwaqt li fiequ 14-il persuna.

39,756 persuna ħadu d-doża addizzjonali tat-tilqima.

More in Politika