L-ITU mill-ġdid bl-ebda pazjent bil-Covid-19

Minn 285 persuna li għandhom il-Covid-19, sebgħa biss jinsabu rikoverati f'Mater Dei

L-ITU reġa' ma għandu l-ebda pazjent bil-Covid-19 hekk kif fl-aħħar ġimgħat l-għadd ta' pazjenti bil-virus fl-isptar baqa' wieħed baxx.

Fil-fatt, minn 285 persuna li għandhom il-Covid-19, sebgħa biss jinsabu rikoverati f'Mater Dei.

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 18-il każ ġdid filwaqt li 13-il persuna fiequ kompletament mill-virus.

27,409 persuni ħadu d-doża addizzjonali tat-tilqima kontra l-Covid-19.

More in Politika