Baġit 2022 | €5 żieda fl-allowance għal Tfal b’Diżabilità

Tiżdied ukoll l-għotja għal Carer ta’ persuna b’diżabilità severa

Il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana ħabbar li l-Gvern se jkun qed iżid l-Allowance għal Tfal b’Diżabilità b’€5 li minnha jibbenefikaw madwar 1,700 familja.

Dan ifisser li din l-għotja se togħla għal €1,560 fis-sena.

Il-Gvern ħabbar ukoll li se tiżdied l-għotja għal Carer ta’ persuna b’diżabilità severa, liema miżura kienet introdotta għall-ewwel darba, is-sena li għaddiet.

Din se tiżdied bi €300 minn €200 għal €500.

S’issa madwar 450 ġenitur ibbenefikaw minn din l-għotja.

More in Politika