Baġit 2022 | Il-Park tal-Inwadar se jinbidel f'Buskett ieħor

Dan il-Park huwa mifrux fuq żona ta' madwar nofs miljun metru kwadru bejn iż-Żonqor Point, Wied il-Għajn u x-Xgħajra

Fost il-miżuri ambjentali inklużi fil-Baġit 2022, il-Ministru Clyde Caruana ħabbar proġett ta' afforestazzjoni tal-Park tal-Inwadar.

Dan il-Park huwa mifrux fuq żona ta' madwar nofs miljun metru kwadru bejn iż-Żonqor Point, Wied il-Għajn u x-Xgħajra. 

Il-Ministru spjega kif dan se jkun qed isir b'investiment ta' €20 miljun fuq perjodu ta' ħames snin. 

More in Politika