Baġit 2022 | Kumpens ta' €1.75 fil-ġimgħa għall-għoli tal-ħajja

Iż-żieda tingħata lil kulħadd, inkluż impjegati, pensjonanti u dawk li jirċievu l-benefiċċju soċjali

Il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana ħabbar li mis-sena d-dieħla, iż-żieda għall-għoli tal-ħajja se tkun ta' €1.75 fis-sena. 

Dan huwa l-istess ammont li ngħata s-sena l-oħra.

Din iż-żieda tkun ikkalkulata fuq il-mekkaniżmu magħruf bħala COLA (Cost of Living Allowance), li jibbaża l-kalkolu fuq l-indiċi tal-prezzijiet.

Din iż-żieda tingħata lill-impjegati kollha, lill-pensjonanti kif ukoll lil dawk fuq il-benefiċċji soċjali.

L-istipendji tal-istudenti jogħlew pro-rata.

More in Politika