Erbat ijiem mingħajr l-ebda pazjent bil-Covid-19 fl-ITU; 16,283 persuna jieħdu l-booster

Minn 294 persuna li għandhom il-Covid-19, sitta biss jinsabu rikoverati f'Mater Dei

Għal dawn l-aħħar erbat ijiem ma kien hemm l-ebda pazjent bil-Covid-19 li kellu bżonn jiddaħħal fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Fil-fatt, minn 294 persuna li għandhom il-Covid-19, sitta biss jinsabu rikoverati f'Mater Dei għax għandhom bżonn li jinżammu taħt osservazzjoni.

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 24 każ ta' Covid-19, filwaqt li 23 pazjent ġew ikkonfermati mfejqa.

It-tilqim kompla wkoll għaddej, b'16,283 persuna diġà ħadu d-doża addizzjonali tat-tilqima.

More in Politika