Approvat il-permess għal xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni fuq ix-xatt ta’ Birżebbuġa

Il-proġett jinkorpora bosta interventi ta’ titjib u tisbiħ tul il-medda tax-xatt ta’ Triq San Patrizju u anke iżjed faċilitajiet pubbliċi

L-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-permess għal xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni fuq ix-xatt ta’ Birżebbuġa.

Il-proġett jinkorpora bosta interventi ta’ titjib u tisbiħ tul il-medda tax-xatt ta’ Triq San Patrizju, li jinkludu mhux biss tisbiħ tal-istess xatt, iżda wkoll iżjed faċilitajiet pubbliċi, kostruzzjoni ta’ ġiebja, titjib fis-sistema tal-ilma u rijorganizzazzjoni tax-xelters tat-trasport pubbliku. 

Dan il-proġett huwa stmat li se jiswa madwar €3.5 miljun u x-xogħlijiet mistennija jibdew is-sena d-dieħla u jitlestew lejn l-aħħar tas-sena 2024.  

Fi stqarrija, il-Gvern saħaq li dan l-investiment jikkumplimenta proġetti oħrn f’Birżebbuġa, fosthom biex jagħti lura l-ispazji pubbliċi liċ-ċittadin Maltin, filwaqt illi jtejjeb il-prodott turistiku u l-kwalità tal-ħajja Maltija.

Dawn il-proġetti jinkludu l-park ta’ Bengħajsa u l-kostruzzjoni ta’ parkeġġ ġdid.

More in Politika