Il-PM Robert Abela jħabbar trakka tal-karozzi f'Ħal Far b'investiment ta' €20 miljun

Il-PM Robert Abela jlaqqa' l-Kabinett fil-Padiljun Sportiv ta' Ta' Qali fejn iħabbar trakka - mwiegħda għal ħafna snin kemm mill-PN u anke mill-PL

Il-pjanta tat-Trakka f'Ħal Far
Il-pjanta tat-Trakka f'Ħal Far

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar Ċentru Nazzjonali tal-Motorsports bi trakka tal-karozzi b'investiment totali ta' €20 miljun.  Huwa ħabbar dan meta dalgħodu kien qed ilaqqa' l-Kabinett fil-Padiljun Sportiv ta' Ta' Qali, fejn tkellmu wkoll rappreżentanti ta' diversi għaqdiet sportivi. 

Il-proġett se jkun qed jara li jsir investiment fil-faċilitajiet eżistenti biex kuntrarjament għal dak li jsir bħalissa, kompetizzjonijiet issa se jkunu regolati bil-ħin u skont prattiċi internazzjonali.

Intant dan il-proġett mhux se jersaq lejn iż-żona residenzjali ta' Birżebbuġa - xi ħaġa li l-PM Abela qal illi talab hu stess personalment -  u mhux se tittieħed art ODZ. 

Din it-trakka tal-karozzi ilha snin tiġi mwiegħda kemm mill-Partit Nazzjonalista kif ukoll mill-Partit Laburista

More in Politika