Investiment ta' €29 miljun fil-qasam tas-sajd minn fondi tal-UE

Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi stqarr li t-tibdil fil-klima hija waħda mill-fatturi li qed taffetwa l-ambjent marittmu

Għajnuna ta' €29 miljuni
Għajnuna ta' €29 miljuni

Ser ikun qed isir investiment ta’ €29 miljun speċifikament għal qasam tas-sajd. Il-fondi huma mogħtija mill-Unjoni Ewropea u ser jiġu investiti mill-programm ta' fondi 2021-2027. Dan ħabbru waqt konferenza f'Marsaxlokk mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Stefan Zrinzo Azzopardi. 

Huwa qal li s-sajjieda qed jaffaċjaw diversi sfidi, bħal flotta li qed teqdiem. Fakkar ukoll li ftit li xejn qed issib żagħżagħ li jieħdu interess fis-sajd, apparti mill-fatt li Il-Covid19 affettwat ukoll dan is-settur b'mod ħażin. Barra minn hekk fakkar li s-settur huwa wkoll milqut minn nuqqas ta’ riċerka. 

"L-iskart fil-baħar u t-tibdil fil-klima huma żewġ fatturi li qed jaffettwaw l-ambjent marittimu."

 Is-settur tas-sajd ser jibbenifika wkoll mil-Fond Ewropew Għall- Iżvilupp reġjonali. 

Zrinzo Azzpardi qal li l-Gvern ħa jenfasizza fuq żewġ prijoritajiet. L-ewwel prijorità tmur għat-trawwim tal-industrija tas-sajd sostenibbli, flimkien mar-restawr u l-konservazzjoni tal-baħar. It-tieni prijorita’ hi t-trawwim ta’ attivitajiet akwakulturali sostenibbli. Għawdex ser jibbenifika wkoll mil-Fondi. 

Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzoppardi stqarr li jrid li jtejjeb is-saħħa, s-sigurtà, u l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ kull min jaħdem f’dan il-qasam. 

Ser jingħataw ukoll fondi fil-qasam tal-akwakultura sabiex dan ikun aktar modern u tingħata sigurtà lil ħaddiema kollha li jaħdmu f’dan il-qasam. Il-konferenza ntemmet billi Stefan Zrinzo Azzoppardi ħeġġeġ lill-pubbliku biex jipparteċipa fil-konsultazzjoni u jagħti l-kummenti sa mhux aktar tard mit-22 ta’ Ottubru.

More in Politika