Malta tirrikonoxxi wkoll iċ-ċertifikati tal-vaċċin tal-Kuwajt u s-Singapore

Dawn iċ-ċertifikati se jkunu rikonoxxuti b’vaċċini approvati mill-Awtorità Ewropea għall-Mediċini

L-Awtoritajiet tas-Saħħa u tat-Turiżmu ħabbru li mil-lumMalta se tkun qed tirikonoxxi ċ-ċertifikat diġitali tal-vaċċin kemm tal-Kuwajt u anke ta’ Singapore.

Dawn iċ-ċertifikati se jkunu rikonoxxuti b’vaċċini approvati mill-Awtorità Ewropea għall-Mediċini, ikunu kors sħiħ u jkunu għaddew 14-il ġurnata mill-aħħar doża.

Malta fil-preżent qed tirrikonoxxi wkoll iċ-ċertifikati tal-vaċċin tal-Unjoni Ewropea u tal-Iżvizzera, tat-Turkija, tal-Emirati Għarab Magħquda, tar-Renju Unit, tas-Serbia, tal-Ġibiltà, ta’ Jersey, ta’ Guernsey, tal-Qatar, tal-Albania, tal-Awstralja, tal-Kanada, tal-Eġittu, tal-Lebanon u kif ukoll ir-record card tal-Istati Uniti.

More in Politika