Żewġ anzjani jmutu bil-Covid-19; Jibgħu jonqsu l-każi attivi

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 22 każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li fiequ 32 persuna

Żewġ anzjani ta' 90 u 99 sena tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. Dan ifisser li Malta kellha 455 vittma tal-virus.

Il-każi attivi ta' Covid-19 f'Malta kompla jonqos, hekk kif għal darb'oħra fiequ aktar pazjenti milli nstabu każi ġodda.

Fil-fatt, fl-aħħar 24 siegħa nstabu 22 każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li fiequ 32 persuna.

Dan ifisser li f'Malta hawn 574 persuna marida bil-virus.

Il-pazjenti fl-isptar jibqgħu 22 u tlieta minnhom jinsabu l-ITU.

5,059 persuna ħadu l-booster tal-vaċċin.

More in Politika