Il-każi attivi ta' Covid-19 u l-pazjenti fl-isptar ikomplu jonqsu

F'Mater Dei hemm rikoverati 21 pazjent, filwaqt li tliet pazjenti jinsabu fl-ITU

Il-każi attivi ta' Covid-19 komplew jonqsu hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 25 każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li fiequ 51 persuna.

Dan ifisser li f'Malta hawn 617-il persuna bil-Covid-19.

Il-pazjenti fl-isptar reġgħu naqsu, biex issa hemm rikoverati 21 pazjent, filwaqt li tliet pazjenti jinsabu fl-ITU.

4,821 persuna ħadu l-booster tal-vaċċin, filwaqt li b'kollox ġew amministrati 811,183 doża.

More in Politika