Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Robert Arrigo kiteb għall-ewwel darba fuq Facebook biex jirringrazzja lil dawk li kienu viċin tiegħu f'dan il-perjodu li fih jinsba rikoverat fl-isptar.
"Xhieda li t-talb wasal. Grazzi," kienu l-ewwel kliem ta' Arrigo.
Fi kliemu, wara għaxart ijiem fl-ITU, anke jekk għadu l-isptar, qed jirkupra ftit ftit.
Spjega kif spiċċa fl-ITU minħabba infezzjoni f'ġismu kkawżata minn ġebla żgħira.
Temm jirringrazzja lil dawk kollha li awgurawlu fejqan ta' malajr u talbu għalih.
"Ħallejtuni bla kliem," kiteb.