Akkużat li mmasturba fil-pubbliku viċin bandli

Kienu żewġt itfal li nnutaw lir-raġel u infurmaw lill-Pulizija

Raġel ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li mmasturba fil-pubbliku, mhux ħafna 'l bogħod minn post fejn jilagħbu t-tfal

Ir-raġel, mis-Somalja imma residenti l-Marsa, ġie arrestat wara li sar rapport hekk kif żewġt itfal indunaw b'dak li kien qed jagħmel.

Huwa nqabad ukoll bil-kameras tas-CCTV.

Il-Prosekuzzjoni spjegat kif l-akkużat pprova jaħrab mill-Pulizija.

L-akkużat wieġeb mhux ħati.

Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta' €500. Tpoġġa wkoll taħt curfew u ordnat jiffirma fl-għassa tliet darbiet fil-ġimgħa.

More in Politika