Il-President iżur il-post fejn inqatlet Daphne; Il-familja tilqa' dan il-ġest

Il-President wera x-xewqa li fit-twettiq tar-rakkomandazzjoni tal-inkjesta pubblika. il-pajjiż jagħti bidu għall-fejqan 'tal-ġerħa gravi u trawmatika li minnha għadda u għadu qed jgħaddi l-pajjiż’

Il-President ta' Malta George Vella u s-Sinjura tiegħu, dalgħodu żaru l-post fejn inqatlet Daphne Caruana Galizia fil-Bidnija.

Fi stqarrija, il-familja Caruana Galizia qalet li fid-dawl tar-rapport dwar l-inkjesta pubblika, laqgħu dan il-ġest tal-President.

Insistiet li huwa f'waqtu li l-Istat Malti jsellem il-memorja u s-sagrifiċċji li għamlet Daphne u anke jirrikonoxxi li għandu jerfa' r-responsabbilità għall-assassinju tagħha u għall-fatt li naqas milli jippreveni dan il-qtil. 

Il-familja insistiet li taqsam mal-President it-tama li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika jibdew idewwu l-ħsara li l-assassinju ħalla fuq il-pajjiż u fuq is-Saltna tad-Dritt, filwaqt li jtemmu l-impunità u twassal għall-protezzjoni tal-ġurnalisti. 

More in Politika