Anzjan ta' 96 sena jmut bil-Covid-19; Jerġgħu jonqsu l-każi attivi

F'Mater Dei bħalissa hemm 31 pazjent u tlieta minnhom jinsabu fl-ITU

Il-każi attivi ta' Covid-19 naqsu għal 723. Minn dawn, hemm biss 31 persuna li qed jingħataw kura f'Mater Dei u tlieta minnhom jinsabu fl-ITU.

Intant, fl-aħħar 24 siegħa, tilef ħajtu anzjan ta' 96 sena li kien pożittiv għall-virus.

Fl-aħħar 24 siegħa, instabu 34 każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt li fiequ 50 pazjent.

Kompla wkoll għaddew it-tilqim, inkluż dak tal-booster fost l-anzjani.

Fil-fatt, sa issa, 1,938 anzjan ħadu l-booster tal-vaċċin.

More in Politika