Posposti xi operazzjonijiet f'Mater Dei minħabba direttivi tal-MUMN

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li d-direttivi qed  jaffettwaw lid-dipartiment li jisterilizza l-istrumenti mediċi

L-Isptar Mater Dei qal li minħabba azzjoni industrijali maħruġa mill-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel, l-MUMN, xi operazzjonijiet skedati kellhom jiġu posposti għal ġranet oħra.

Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa qal li d-direttivi qed  jaffettwaw lid-dipartiment li jisterilizza l-istrumenti mediċi kollha li jintużaw fit-teatri tal-istess sptar.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li jinsab f’diskussjonijiet kontinwi mal-MUMN bl-għan li jiġu irtirati dawn l-azzjonijiet mill-aktar fis possibbli.

More in Politika