Arrestati żewġt irġiel wara li taw nar lil ħanut

Il-każ seħħ nhar id-29 t’Awwissu fi Triq Ħammieri, Ħal Qormi

Raġel ta' 48 sena u ieħor ta' 43 sena, residenti San Pawl il-Baħar ġew arrestati b’rabta ma’ ħruq ta’ ħanut.

Kien nhar id-29 t’Awwissu li għadda, għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħaxija meta l-Pulizija flimkien mal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, intalbu jassistu fi Triq Ħammieri, Ħal Qormi, għax ħanut kien ħa nar.

L-uffiċjali marru fuq il-post, ikkontrollaw in-nirien u ġiet infurmata bil-każ il-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli li ħatret inkjesta.

Wara diversi jiem ta’ investigazzjonijiet u analiżi ta’ filmati tal-kameras tas-sigurtà, il-Pulizija rnexxielha tidentifika l-allegati nies li taw in-nar u ġew arrestati.

L-irġiel mistennija jitressqu l-Qorti llum.

More in Politika