Mark Camilleri maħtur chairperson eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huwa assoċjazzjoni ta’ pubblikaturi u kittieba li toffri lill-industrija tal-ktieb Malti bosta servizzi importanti filwaqt li tħeġġeġ il-qari

Mark Camilleri nħatar bħala ċ-chairperson eżekuttiv il-ġdid tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

Camilleri huwa gradwat fl-Istorja bil-Baċellerat tal-Edukazzjoni fl-Università ta’ Malta u ilu jgћallem gћall-aћћar sbatax-il sena, u fil-preżent huwa assistent kap ta’ skola fi skola primarja tal-Istat. Jikteb regolarment rumanzi jew novelli polizjeski u wkoll xogћol gћal kotba tat-tfal.

Fl-2009 kellu l-ewwel storja qasira, Gallo, ippubblikata fil-kollezzjoni 45 li fiha introduċa mal-qarrejja lill-Ispettur Victor Gallo. Sena wara kien ippubblika r-rumanz debut tiegћu Prima Facie u li minnu twieled l-ewwel book video li qatt sar Malta. Ippubblika wkoll tliet rumanzi polizjeski oħra Volens (2013), Nex (2016) u Alias (2021). Awtur ukoll tal-ktieb, Mill-Istorja tal-Futbol Malti (2018).

Il-membri l-oħra tal-bord, huma Mark Vella bħala deputat chairperson u bħala membri, Daniela Attard Bezzina, Dr Maria Brown, Aleks Farrugia, Joseph Mizzi, Dr Christopher Gruppetta, il-Professur John Portelli u Joseph Debattista.

Il-bord huwa maħtur għal perjodu ta’ tliet snin.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huwa assoċjazzjoni ta’ pubblikaturi u kittieba li toffri lill-industrija tal-ktieb Malti bosta servizzi importanti filwaqt li tħeġġeġ il-qari u tmexxi ’l quddiem il-ktieb bħala mezz ta’ komunikazzjoni fl-għamliet kollha tiegħu. Il-Kunsill jirrappreżenta lill-kittieba u lill-pubblikaturi f’fora pubbliċi u mal-istituzzjonijiet biex jippromwovi l-interessi tal-industrija tal-kotba.

More in Politika