'Mhu veru xejn li hemm rabta bejn il-PN u għaqdiet bħal Repubblika jew il-midja indipendenti' - Piccinino

Il-PN iniedi l-kampanja 'Kun il-Bidla' u jħabbar l-attivtajiet tal-Indipendenza...

Il-Konferenza tal-Aħbarijiet tal-PN
Il-Konferenza tal-Aħbarijiet tal-PN

"Mhu veru xejn li hemm xi rabta bejn il-PN jew xi għaqda jew il-midja indipendenti." Hekk sostna s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino meta kien mistoqsi dwar akkużi ta' rabtiet bejn il-PN u l-għaqda Repubblika. Huwa sostna li l-PN ma jindaħal f'ħidmet ebda għaqda jew midja iżda sostna wkoll li fejn ikun hemm attivitajiet u l-PN iħoss li jrid jattendi, għax jaqbel mal-punt li jkunu qed jagħmlu l-għaqdiet, jattendi. 

Intant waqt l-istess konferenza Piccinino ħabbar l-attivitajiet tal-Indipendenza, li se jsiru f'diversi lokalitajiet permezz ta' sessjonijiet ta' Mistoqsija u Tweġiba, bl-għeluq imbgħad tal-attivitajiet ikunu fuq il-fosos tal-Furjana, nhar il-Ħadd 19 ta' Settembru u l-għada, nhar it-Tnejn meta l-Kap tal-PN Bernard Grech jagħti diskors. Piccinino qal li l-attivitajiet kollha se jsiru skont miżuri u regolamenti ta' Covid-19. 

Intant il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista Mark Anthonuy Sammut ħabbar ukoll, waqt l-istess konferenza, li l-PN nieda portal ġdid bl-isem kunil-bidla.com u wiegħed li l-PN se jaħdem biex iġib il-bidla fil-pajjiż f'diversi oqsma, fosthom l-ambjent u anke r-reputazzjoni tal-pajjiż. 

More in Politika