34 każ ġdid ta' Covid-19 u jfiqu 35; Żewġ pazjenti fl-ITU

Bħalissa fl-Isptar Mater Dei hemm total ta' 32 pazjent bil-Covid-19

Il-każi l-ġodda ta' Covid-19 naqsu għal 34 filwaqt li 35 pazjent ġew ikkonfermati mfejqa.

Dan ifisser li bħalissa f'Malta hawn 634 każ attiv ta' Covid-19.

Ilbieraħ saru 2,362 test.

Bħalissa fl-Isptar Mater Dei hemm 32 pazjent bil-Covid-19 u żewġ persuni jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

412,062 persuna huma mlaqqma kompletament filwaqt li 413,205 ħadu minn tal-inqas doża waħda tal-vaċċin.

Sa issa Malta amministrat 795,649 doża tal-vaċċin. 

More in Politika