Filmat | Jitlesta x-xogħol fuq Triq l-Imdina f'Ħal Qormi b'investiment ta' €700,000

Mdina Road hija waħda mill-itwal toroq arterjali li hija użata ta’ kuljum minn bosta vetturi.

Triq l-Imdina lesta b'investiment ta' €700,000
Triq l-Imdina lesta b'investiment ta' €700,000

L-aġenzija Infrastructure Malta lestiet Mdina Road f’Ħal Qormi b’investiment ta’ €700,000, ħabbar il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg. F'kummenti l-Ministru Borg qal li waħda mill-prijoritajiet ta’ dan il-Gvern tibqa’ s-sigurtà tan-nies u "b’hekk qed naraw li permezz tax-xogħlijiet li għamilna kemm fuq din it-triq kif ukoll fuq il-proġetti infrastrutturali kollha li saru u li qed isiru, is-sigurtà tibqa’ prijorità."

Borg sostna illi kif kienet, din it-triq kienet faċli li jseħħu inċidenti u b’hekk sostna li l-Gvern ħataf l-opportunità sabiex din il-possibilità tiġi eliminata kemm jista’ jkun. "Apparti hekk, permezz ta’ din il-ħidma, se nkunu qed innaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar u allura nnaqqsu l-emissjonijiet li kienu jkunu kkawżati minħabba konġestjoni tat-traffiku."

Borg fakkar li bħalissa għaddejja ħidma intensiva fit-toroq li se qal illi se ssarraf f'nuqqas kbir fil-ħin tal-ivvjaġġar tal-Maltin u tal-Għawdxin.

"Insemmi s-Central Link li 90% minnu huwa lest. B’hekk, inħares ’il quddiem sabiex naraw li dan il-proġett infrastrutturali li tant kien ilu mistenni u mixtieq jiġi mwettaq fil-ħin ħalli l-poplu jkompli jgawdi minn infrastruttura tat-toroq tal-ogħla kwalità u tal-aqwa effiċjenza”, temm jgħid il-Ministru Ian Borg.

Mdina Road hija waħda mill-itwal toroq arterjali li hija użata ta’ kuljum minn bosta vetturi.

L-aġenzija Infrastructure Malta wettqet bosta xogħlijiet fuq din it-triq fosthom il-bini mill-ġdid tat-tappieri tad-drenaġġ tal-karreġġjata li ħafna minnhom kienu spiċċaw, saru tiswijiet ta’ uħud mill-mogħdijiet tagħha u l-ħitan tal-konfini, u saret organizzazzjoni mill-ġdid tal-ispazji tal-parkeġġ fit-toroq taż-żona.

L-aġenzija lestiet il-proġett bit-tqegħid ta’ madwar 2,000 tunellata ta’ asfalt u line markings ġodda.

Il-Miniustru Borg u Frederick Azzopardi
Il-Miniustru Borg u Frederick Azzopardi

More in Politika