IL-PA tapprova LIDL ieħor f'Ħaż-Żebbuġ

Is-sena l-oħra, il-Bord kien issospenda d-deċiżjoni dwar din l-applikazzjoni u ta struzzjonijiet lill-applikant biex jindirizza numru ta' kwistjonijiet inkluż it-tnaqqis tal-użu ta' art ODZ

Il-Lidl se jkun qed jestendi l-operat tiegħu billi żżid ħanut ġdid fil-periferija ta' Ħaż-Żebbuġ wara li l-Bord tal-Ippjanar ta permess għall-iżvilupp biex jibdew ix-xogħlijiet.

Is-sena l-oħra, il-Bord kien issospenda d-deċiżjoni dwar din l-applikazzjoni u ta struzzjonijiet lill-applikant biex jindirizza numru ta' kwistjonijiet inkluż it-tnaqqis tal-użu ta' art ODZ u biex il-proġett isir aktar sensittiv għall-inħawi tiegħu. Il-Bord innota li l-kwistjonijiet kollha li tqajmu ġew indirizzati l-iktar notevoli t-tneħħija tal-ispazji tal-parkeġġ li ġew proposti li jkunu paralleli mat-triq mir-roundabout li twassal għal Ħ’Attard.

L-istess iż-żona issa se tkun imżejna bis-siġar u l-arbuxxelli, ħaxix se jkopru żona approssimattiva ta' 1,400 metru kwadru li se jżidu mal-effett aħdar ġenerali tal-proġett ġew inklużi wkoll fil-pjanijiet riveduti. Qrib id-daħla tas-supermarket l-applikant żied stazzjon għar-roti u numru ta' stazzjonijiet tal-karozzi elettriċi. Se jsir ukoll restawr sħiħ tal-mitħna tal-ewwel grad, magħrufa bħala il-Mitħna ta’ Srina.

Il-Bord kien ukoll sodisfatt li l-Valutazzjoni tal-Impatt tat-Traffiku ġiet riveduta bl-istudji xjentifiċi kollha meħtieġa inkluż għadd ġdid tat-traffiku li rċieva l-approvazzjoni tat-Transport Malta (TM).  Il-proġett se jinkludi t-twaqqigħ ta' fabbrika eżistenti. Ix-xogħlijiet se jinkludu l-iskavar għal żewġ livelli biex jakkomodaw parkeġġ taħt l-art filwaqt li parkeġġ ieħor u s-supermarket se jinbnew fil-livell tal-pjan terran.

More in Politika