Covid 19: 57 każ ġdid, 37 mfejqa u tlieta jibqgħu fl-ITU

Ir-rata ta' pożittivita tal-każi fl-aħħar 24 siegħa kienet ta' 2.1%

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 57 każi attivi tal-Covid-19 filwaqt li 37 pazjent ġew imfejqa.

Dan ifisser li f'Malta hawn 687 persuni pożittivi għall-Covid-19, ilbieraħ saru 2,656 test. Ir-rata ta' pożittivita tal-każi fl-aħħar 24 siegħa kienet ta' 2.1%

F'Mater Dei hemm 39 pazjent li qed jiġi rikoverat, b'tlieta minnhom fl-ITU.

Malta għandha 409,183 persuna li huma mlaqqma kompletament kontra l-Covid-19 filwaqt li 410,884 persuna ħadu mqar doża waħda.

Minn meta wasal il-vaċċin, Malta amministrat 791,292 doża.

More in Politika