Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 51 każi attivi tal-Covid-19 filwaqt li 53 pazjent ġew imfejqa.
Dan ifisser li f'Malta hawn 641 persuni pożittivi għall-Covid-19, ilbieraħ saru 3,125 test. Ir-rata ta' pożittivita tal-każi fl-aħħar 24 siegħa naqqset għal 1.6%
Il-pazjenti f'Mater Dei, żdiedu b'erbgħa, hekk kif 36 persuna qed jiġu rikoverati, b'tnejn minnhom fl-ITU.
Malta għandha 408,010 persuna li huma mlaqqma kompletament kontra l-Covid-19 filwaqt li 410,087 persuna ħadu mqar doża waħda.
Minn meta wasal il-vaċċin, Malta amministrat 789,540 doża.