Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 82 każ ġdid tal-Covid-19 filwaqt li 71 pazjent ġew imfejqa.
Dan iwassal biex il-każijiet attivi f'Malta jitilgħu għal 615. Fl-aħħar 24 siegħa, saru 3,192 test filwaqt li r-rata ta' pożittivita tal-każi fl-aħħar 24 siegħa telgħat għal 2.6%
Il-pazjenti f'Mater Dei, naqsu b'erbgħa, hekk kif 37 persuna qed jiġu rikoverati, b'wieħed biss fl-ITU.
Malta għandha 406,325 persuna li huma mlaqqma kompletament kontra l-Covid-19 filwaqt li 409,095 persuna ħadu mqar doża waħda.
Minn meta wasal il-vaċċin, Malta amministrat 787,194 doża.