L-akbar operatur turistiku Ingliż TUI mhux se jkun qed joffri titjiriet lejn Malta, Sardinja, Sqallija u Kalabrija fl-Italja, għall-inqas sal-31 ta' Ottubru, filwaqt li vaganzi organizzati għal Almeria u Girona fi Spanja kienu kkanċellati.
Kien hemm kanċellamenti wkoll lejn l-Awstrija, l-Islovenja, il-Bulgarija u l-Montenegro.
Tui qalet illi hija kontinwament qed tirrevedi l-programm ta' vaganzi u l-kanċellamenti skont dak li jiddeċiedi l-Gvern Ingliż kull tliet ġimgħat. TUI qalet ukoll li mhux se tkun qed tivvjaġġa lejn pajjiżi fuq il-Lista l-Ħamra.