Tmut anzjana oħra filwaqt li l-każi attivi tal-Covid-19 jibqgħu neżlin

It-total ta' dożi tal-vaċċin mogħtija jitla' għal 783,983 filwaqt li kważi 405,000 persuna sa issa ħadu ż-żewġ dożi

Sfortunatament anzjana oħra ta' 85 sena li kienet pożittiva għall-Covid-19 tilfet ħajjitha, biex in-numru ta' persuni li tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-virus minn Marzu 2020 issa tela' għal 430.

Intant f'24 siegħa rriżultaw 94 każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt illi fiequ 120 persuna biex il-każi attivi baqgħu neżlin għal 696. 

It-total ta' dożi sal-bieraħ kien ta' 783,983 b'total ta' 404,213-il persuna tkun ħadet it-tieni doża wkoll. 

More in Politika