Il-pazjenti bil-Covid-19 fl-isptar jerġgħu jonqsu u jkomplu nieżla l-każi attivi wkoll

Ilbieraħ instabu 69 każ ġdid u fiequ 134 persuna oħra

L-għadd ta' pazjenti bil-Covid-19 fl-isptar Mater Dei niżel għal 31 filwaqt li komplew jonqsu wkoll il-każi attivi.

Fil-fatt, ilbieraħ, saru 3,157 test. Minn dawn instabu 69 każ ġdid filwaqt li fiequ 134 persuna oħra.

Fit-Taqsima tal-Kura Intensiva għad hemm rikoverati ħames persuni, numru li baqa' stabbli fl-aħħar jiem.

Malta għandha 385,049 persuna mlaqqma kompletament kontra l-virus u anke 400,760 persuna li ħadu mqar doża waħda.

B'kollox amministrat 762,832 doża.

More in Politika