Anzjan iweġġa' gravi wara inċident tat-traffiku fiż-Żurrieq

Il-każ seħħ dalgħodu fi Triq il-Wied

Anzjan ta’ 74 sena minn Ħal Qormi, weġġa' gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Wied, iż-Żurrieq.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:15am meta l-Pulizija ġiet infurmata li kienet seħħet ħabta bejn żewġ karozzi.

Il-vettura l-oħra kienet misjuqa minn tfajla ta’ 21 sena residenti s-Siġġiewi.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Politika