Il-każi ġodda jinżlu taħt il-100 u jfiqu 229 persuna

Il-każi attivi intant issa huma 2,060, 33 persuna jinsabu fl-isptar filwaqt li fl-ITU issa hemm żewġ persuni

In-numru ta' każi ġodda ta' Covid-19 jibqgħu taħt il-100, dan kif ġew irreġistrati 95 każ ġdid fl-aħħar 24 siegħa minn total ta' 3,795 swab test. 33 persuna jinsabu fl-isptar filwaqt li fl-ITU issa hemm żewġ persuni. 

Il-każi attivi intant issa huma 2,060 hekk kif kien hemm 229 persuna li fieqet fl-istess perjodu ta' ħin. Ir-rata ta' pożittività hi dik ta 2.5%. 

Sa issa ngħataw b'kollox 751,546 doża tal-vaċċin, li minnhom 375,373 persuna issa huma mlaqqma kompletament filwaqt li 396,686 persuna qed jistennew it-tieni doża.

L-awtoritajiet tas-saħħa jispjegaw li l-età medja tal-każi fil-ġurnata li għaddiet hi dik ta' 32.

More in Politika