Il-każi ġodda tal-Covid-19 jinżlu għal 91 iżda jmutu żewġ anzjani

36 persuna jinsabu fl-isptar filwaqt li fl-ITU hemm biss persuna waħda.

In-numru ta' każi ġodda ta' Covid-19 niżlu għal 91 fl-aħħar 24 siegħa minn total ta' 3,862 swab test. 36 persuna jinsabu fl-isptar filwaqt li fl-ITU hemm biss persuna waħda.

Madankollu, sfortunatament il-pandemija ħassdet il-ħajja ta' żewġ anzjani, irġiel, wieħed ta' 84 sena u ieħor ta' 95, li mietu fl-isptar Mater Dei.

Il-każi attivi intant issa huma 2,194 hekk kif kien hemm 125 persuna li fieqet fl-istess perjodu ta' ħin. Ir-rata ta' pożittività niżlet għal 2.4%. 

Sa issa ngħataw b'kollox 750,641 doża tal-vaċċin, li minnhom 373,771 persuna issa huma mlaqqma kompletament filwaqt li 396,087 persuna qed jistennew it-tieni doża.

L-awtoritajiet tas-saħħa jispjegaw li l-età medja tal-każi fil-ġurnata li għaddiet hi dik ta' 35.

 

More in Politika