2,471 persuna ħadu l-vaċċin permezz tal-mobile clinic fil-Belt Valletta

Intant illum u għada l-mobile-clinic se jkun quddiem il-Parlament bejn id-9:00am u nofsinhar

2,471 persuna lbieraħ ħadu t-tilqima kontra l-Covid-19 fil-mobile clinic li għal dawn il-jiem jinsab quddiem il-Parlament fil-Belt Valletta.

Fil-fatt, ilbieraħ, dehru ritratti ta' mijiet ta' nies jistennew biex jieħdu t-tilqima.

Fl-aħħar jiem, persuni setgħu jmorru jieħdu t-tilqima, kontra l-Covid-19, mingħajr bżonn ta' appuntament, kemm fil-mobile-clinic u anke f'żewġ walk-in clinics li jinsabu fl-Università ta' Malta u fiċ-Ċentru tal-Konferenzi f'Għawdex.

Dawn tal-aħħar ikunu miftuħa kuljum bejn it-8:30am u t-3:00pm.

Intant illum u għada l-mobile-clinic se jkun  quddiem il-Parlament bejn id-9:00am u nofsinhar.

Malta sa issa għandha 82% tal-popolazzjoni adulta tagħha li hija mlaqqma kompletament kontra l-Covid-19.

More in Politika