Evakwata l-bajja ta' Marsaxlokk wara li nstabet bomba taż-żmien it-Tieni Gwerra

Persuni li kienu qed jgħumu u li kienu fuq il-bajja kellhom jiġu evakwati

Il-bajja ta' Marsaxlokk kellha tiġi evakwata t-Tnejn wara li nstabet bomba ta' żmien it-Tieni Gwerra Dinjija.

Persuni li kienu fuq il-bajja kellhom jiġu evakwati mill-Forzi Armati ta' Malta wara li ġew ikkuntattjati wkoll il-Pulizija tad-Distrett.

Il-bomba nstabet għall-ħabta tal-11:15am.

L-Explosive Ordnance Disposal jinsabu fuq il-post, bl-operazzjoni għadha għaddejja.

More in Politika