Il-pazjent li hemm l-ITU ma baqax pożittiv għall-Covid-19

Dan ifisser li ma hemm ebda pazjent pożittiv għall-Covid-19 fl-ITU ta' Malta u Għawdex

L-uniku pazjent li hemm l-ITU u li kellu l-Covid-19 issa ma għadux pożittiv għal dan il-virus, li jfisser illi persuni fl-ITU u bil-Covid-19 bħalissa ma hemm ħadd kemm f'Malta u anke Għawdex. Dan ikkonfermah ma' dan is-sit id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne f'intervista li se tkun qed tiġi ppubblikata nhar il-Ħadd li ġej fuq il-gazzetta ILLUM. 

Minkejja ż-żieda fil-każi, in-numru ta' nies li qed ikollhom jiddaħħlu l-isptar baqa' wieħed baxx ħafna b'19-il persuna bil-virus li jkollha tiddaħħal l-isptar. Dan qed jingħad li huwa grazzi, primarjament, għar-rata għolja ħafna ta' vaċċinazzjoni f'pajjiżna, li taqbeż it-80% u li hija ferm superjuri għal dik tal-pajjiżi tal-UE kollha. 

(Ara aktar fil-gazzetta ILLUM ta' nhar il-Ħadd li ġej)

More in Politika