Jitlesta t-tisbiħ b'investiment ta' €300,000 fix-xatt tax-Xemxija

Il-Ministru Clayton Bartolo qal li minn manutenzjoni il-Gvern imur għal riġenerazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam ma’ infrastruttura turistika

Ix-xatt tax-Xemxija ra titjib konsiderevoli b'dan il-proġett
Ix-xatt tax-Xemxija ra titjib konsiderevoli b'dan il-proġett

Ġie inawgurat investiment ta’ €300,000 ta’ tisbiħ fuq ix-xatt tax-Xemxija. Dawn ix-xogħlijiet li bdew u tlestew f’temp ta’ tliet xhur, involvew rinnovar tar-railing tax-xatt, titjib sostanzjali fil-pavimentar, aktar żoni ambjentali kf ukoll bankijiet u dwal ġodda.

Dawn id-dettalji tħabbru f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Clayton Bartolo fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Johann Buttigieg. 

F’kelmtejn tal-okkażjoni, il-Ministru Bartolo ddeskriva dan il-proġett bħala l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu li b’mod simboliku qiegħed iwassal biex minn sempliċiment manutenzjoni il-Gvern imur għal riġenerazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam ma’ infrastruttura turistika. 

“Ma jagħmel l-ebda sens li ninkoraġġixxu lill-privat biex jinvesti mingħajr ma nagħmlu l-parti tagħna bħala gvern. Din għandha tkun il-mentalità ġdida li rridu nembarkaw fuqha fiż-żmien li ġej. Il-kwalità u d-dettall li rridu nkomplu nidħlu fih jibqa’ kruċjali biex inkomplu ntejbu l-prodott turistiku li noffru bħala pajjiż,” qal il-Ministru Clayton Bartolo.

Il-Ministru Clayton Bartolo
Il-Ministru Clayton Bartolo

More in Politika