81 immigrant salvati u jiddaħħlu Malta ... tlieta oħra jmutu

Huwa mifhum li l-immigranti telqu mil-Libja u ġew salvati fuq in-naħa tal-lvant tat-Tuneżija

Il-Forzi Armati ta' Malta salvaw madwar 81 immigrant li kienu fuq dgħajsa fiż-żona ta' Tiftix u Salvataġġ, bl-NGO Sea Watch tisħaq illi tlieta minn dawn l-immigranti mietu, probabbilment minħabba nuqqas ta' ilma. L-għaqda non governattiva saħqet ukoll illi l-AFM kienet infurmata b'din id-dgħajsa filgħodu, iżda s-salvataġġ dam ma seħħ. 

L-immigranti ddaħħlu Malta dalgħodu. Huma kienu qed jivvjaġġaw fuq dgħajsa tal-injam u talbu għall-għajnuna wara li d-dgħajsa kienet f'diffikultà minħabba bażar imqalleb.  

Jidher li dawn l-immigranti telqu mil-Libja u ġew salvati fuq in-naħa tal-lvant tat-Tuneżija. 

More in Politika