Mart il-President, Miriam Vella, tidħol l-isptar

Dan wara li żviluppat sintomi ta' pulmonite

L-Uffiċċju tal-President, informa li lbieraħ filgħaxija Miriam Vella, mart il-President tar-Repubblika ddaħħlet l-isptar Mater Dei għall-osservazzjoni.

Dan wara li żviluppat sintomi ta' pulmonite (pnemonia).

Intant l-Uffiċċju tal-President ser ikompli jżomm lill-pubbliku infurmat bl-aħħar żviluppi permezz tal-paġna ta' Facebook.

More in Politika