25 każ ġdid ta' Covid-19; Il-każi attivi jitilgħu għal 110

Sal-bieraħ, 341,765 persuna kienu mlaqqma kompletament

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 25 każi ġdid ta' Covid-19 filwaqt li ħames persuni oħra fiequ mill-virus.

Dan ifisser li l-każi attivi komplew jiżdiedu għal 110. 

Sal-bieraħ, 341,765 persuna kienu mlaqqma kompletament. 365,611 ħadu l-ewwel doża u qed jistennew it-tieni waħda.

B'kollox Malta amministrat 692,581 doża tal-vaċċin. 

Fl-aħħar 24 siegħa ma kienet reġistrata l-ebda mewt ta' persuna li kienet pożittiva għall-virus, bit-total allura jibqa' bħal bieraħ, 420.

More in Politika