It-tfal ta' Mintoff jiddiżassoċjaw ruħhom mill-bijografija ta' Patri Mark Montebello

Huma jgħidu li l-ktieb huwa mimli ineżattezzi, gideb, allegazzjonijiet u xnigħat...

Yana Mintoff, waħda minn ulied Dom Mintoff
Yana Mintoff, waħda minn ulied Dom Mintoff

It-tfal tal-eks Prim Ministru u eks Mexxej Laburista Dom Mintoff Yana Mintoff u Anne McKenna ddiżassoċjaw lilhom infushom mill-bijografija ta' Patri Mark Montebello li jgħidu illi huwa mimli "ineżattezzi, allegazzjonijiet mhux sostanzjati, gideb u xnigħat."

Huma qalu illi dan il-ktieb fih materjal li skont huma ma jirriflettix il-verità u jidħol fil-ħajja privata ta' ħafna nies, li jsejħulu "immorali u mhux etiku."

Fosthom il-ktieb jidħol f'dettalji dwar il-ħajja tal-familja u l-ħajja sesswali tal-eks Prim Ministru u anke dik matrimonjali.

Yana Mintoff u oħtha jilmentaw illi fl-ebda ħin ma kienu kkonsultati dwar din il-bijografija jew għallinqas mogħtijin l-opportunità li jarawha.  "L-uniku intervista minn Montebello kienet snin ilu ma' Anne, li waqqfitha minħabba li lmentat dwar l-approċċ ta' Montebello waqt l-intervista," jisħqu fl-istqarrij tagħhom. 

 

More in Politika