Il-Pulizija u uffiċjali tad-Dwana jikkonfiskaw 8,060 sigarett maħżuna f'garaxx fl-Imqabba

Mill-ewwel kien evidenti li 3,560 sigarett kienu ddaħħlu bil-kuntrabandu, filwaqt li għaddejja l-investigazzjoni fuq il-bqija

Il-Pulizija u l-Uffiċjali tad-Dwana lbieraħ wettqu tfittxija f'garaxx fl-Imqabba u elevaw 8,060 sigarett.

Minn dawn kien mill-ewwel evidenti li 3,560 kienu ddaħħlu bil-kuntrabandu, filwaqt li għaddejja l-investigazzjoni fuq il-bqija.

It-tfittxija twettqet wara li persuna, anonima, ċemplet l-Għassa tal-Pulizija taż-Żurrieq biex tirrapporta li f'garaxx fl-Imqabba kienu qed jinħażnu s-sigaretti b'mod illegali.

Il-Pulizija u uffiċjali tad-Dwana marru minnufih u infurmaw lil sid il-garaxx bit-tfittxija.

More in Politika