Ħames każi minn fost 2,374 test; l-ebda mwiet

320,604 persuna huma mlaqqma kompletament

Ilbieraħ saru xejn inqas minn 2,374 test, li minnhom instabu ħames każi ġodda ta' Covid-19.

Hekk kif ma kien hemm ebda persuna li fieqet fl-aħħar 24 siegħa, it-total ta' każi attivi tela', għal 45 persuna.

320,604 persuna huma mlaqqma kompletament, filwaqt li 358,168 persuna qed jistennew it-tieni doża.

B'kollox Malta amministrat 664,859 doża tal-vaċċin.

More in Politika