Il-Gvern se jibda jkopri wkoll l-ispejjeż tal-mediċina marbuta mal-IVF

Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt li kien qiegħed jindirizza l-Parlament

Mis-sena d-dieħla, il-Gvern se jkun qed iħallas għall-mediċina kollha li jkollhom bżonn dawk il-persuni li jgħaddu mill-proċess tal-IVF biex ikollhom tarbija.

Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt li kien qiegħed jindirizza l-Parlament. Fearne qal li sa issa, il-Gvern kien qed ikopri sa €15,000 tal-ispejjeż kollha marbuta mat-trattament li jsir f'Mater Dei, bil-koppji jispiċċaw ikollhom joħorġu €3,000 f'mediċina.

Madanakollu, mis-sena d-dieħla, il-Gvern se jkun qed ikopri anke dawn l-ispejjeż, bil-għan li dawn il-koppji ma jkollhom bżonn joħorġu lanqas ċenteżmu.

F'April li għadda, il-Partit Nazzjonalista kien qed jisħaq li koppji li jgħaddu mill-proċess tal-IVF ma għandhomx iħallsu għall-mediċina u kien appella biex il-Gvern ineħħi minn fuqhom dan il-piż.​

More in Politika