Sal-bieraħ Malta kienet amministrat 636,059 doża tal-vaċċin
Għall-ħames darba fl-aħħar jiem, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa ma nstab l-ebda każ ġdid ta' Covid-19.
Apparti minn hekk, fieq pazjent ieħor biex issa l-każi attivi jammontaw għal 26.
Ilbieraħ saru 1,692 test.
294,650 persuna issa huma mlaqqma kompletament, filwaqt li 353,584 persuna ħadu l-ewwel doża tal-vaċċin.
Sal-bieraħ Malta kienet amministrat 636,059 doża.