Għat-tieni darba din il-ġimgħa: L-ebda każ ġdid ta' Covid-19

Fiequ wkoll tliet pazjenti oħra

Fl-aħħar 24 siegħa, minn fost 1,526 test, ma nstab l-ebda każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li tliet pazjenti oħra fiequ.

Dan ifisser li l-każi attivi f'Malta issa niżlu għal 51.

265,090 persuna issa huma mlaqqma kompletament. Dan ifisser li 60% tal-popolazzjoni adulta f'Malta ħadet it-tilqima kompluta.

341,941 persuna ħadu l-ewwel doża u qed jistennew it-tieni waħda.

Sa issa Malta amministrat 596,074 doża tal-vaċċin.

More in Politika